Programmi ta' Impenn mas-Soċjetà Ċivili

Sala tal-Parlament

Żjara fil-Parlament ta’ Malta tagħti l-opportunità biex wieħed jara b'għajnejh kif taħdem l-għola Istituzzjoni tal-Pajjiż.  Il-viżitaturi jibdew iż-żjara tagħhom billi jassistu ġewwa s-Sala għall-Ħin tal-Mistoqsijiet li jibda fis-6.00 ta’ filgħaxija. Iż-żjara tintemm f'waħda mill-Kmamar tal-Kumitati fejn il-parteċipanti jingħataw l-opportunità li jiltaqgħu u jitkellmu mal-iSpeaker u ma’ Membri Parlamentari wiċċ imb’wiċċ.

Għal aktar dettalji tistgħu tibagħtu email fuq parlinfo@parlament.mt.