Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 49 Signatures: 379

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Infurzar ta-liġi dwar vjolenza domestika Kap. 581
 
Data
12-01-2022
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
20-02-2022
 
Min ħoloq il-petizzjoni
TASMIN CARVALHO DE SOUSA
 
Ilment
Biex jkun hemm klarifikazzjoni ghalfejn il-ligi tal-vjolenza domestika kap 581 ntesiet u mhux tigi nfurzata. Biex jigi kkonfermat fhiex waslu l-azzjonijiet li gew specifikati fil-GREVIO report u biex tigi amendata il-ligi civili; kriminali biex thalli lil-pulizija jimforzawhom it-tnejn indaqs
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Azzjoni - Spjega f'dettall x'għamilna fuq ir-rapport li sar min GREVIO u għalfejn l-Kummisjoni tal-Ugwaljanza u Vjolenza Domestika mhiex qegħda 'pożizzjoni li teżegwi r-rwol tagħha li kienet mwaqqfa għalih hekk kif hemm miktub KAP 581. 5. (1) (2) fil-leġiżlazzjoni ta Malta.
Qiegħedu lil officjal speċjaliżżat fil-vjolenza domestika biex josserva kazijiet (ta vjolenza domestika) fil-qorti u kif dawn jigu pproċessati biex nwaqqfu dipartiment varji milli jagħmlu żbalji - bħall- telf ta evidenza u azzjonijiet oħrajn li għadhom jsiru illum għad-detriment tal-vittma u tat-tfal. Titneħħa il-proċedura fejn l-avukat tat-tfal jkellem lit-tfal ghal hin qasir hafna, wara jkellem lil-genituri f'kamra wahda flimkien u jaghti informazzjoni lil qorti li tkun ibbazżata fuq l-manipulazzjoni u informazzjoni falza rakkolta mil-persuna abbużiva. Minflok l-qorti ghandha taccetta rapporti biss minghand psikologi li jaraw lit-tfal mill-inqas saghatejn fi tliett ijjiem totali. Biex jkun spjegat fit-tul u dettall il-pjan ta ghajnuna personalizzat ghal-vittmi ta vjolenza domestika (li mhiex fizika biss) li semma Dr. Joseph Muscat fl-ittra tieghu lil Kunsill tal-Ewropa fis-sena 2018. Biex jkun iccarat jekk l-pulizija ghandhomx jimxu mal-kodici tal-kondotta tal-pulizija, mal-liġi civili jew kriminali, jew nkella mal-ligi tal-vjolenza domestika. Dan ghalhiex jidher illi l-pulizija jipprijoratizzaw il-ligi kriminal fuq l-ohrajn li tistipola wkoll li ma jistgħux jaħdmu fuq offii ta natura civili. Il-ligi ghandha tipprotegi lil-vulnerabbli li qeghdin jonfqu flejjes kbar il-qorti biex jinghataw digriet civili li ma jigix infurzat mil pulizija u jaghti lok ghal-abbuz sfrenat. - Biex jkun hemm ipubblikat pjan għal-vittmi li jkunu soffrew inġustizzja mill-qrati ta Malta u jiġu kkumpensati kif suppost tat-tbagħatija li hija r-rizultat tal-qrati li ma jarawx l-evidenza kollha. - Biex ir-regoli tal-ġurnalizmu jigu rranġati biex jieqfu jpoġġu l-kliem f'mod li jpoġġi it-tort tal-abbuz fuq il-vittma stess.
 
Rimarki tal-għeluq
Dawn huma problemi li ġew diskussi snin ilu, il-Gvern ta Malta halef lil-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja kif wkoll lic-Cittadini Maltin li dawn il-problemi ser ikunu solvuti, pero issa li nafu li il-Kummisjoni hija biss faċċata li tintuża għall-korrispondenza biss, npoġġu id-domanda li il-liġi tiġi segwita min kulħadd, anki l-qrati omnipotenti ta Malta. Nkella ser nibdew nsaqsu lilna nfusna, għalhiex qegħdin hemm dawn il-liġijiet miktubin, u fuq kollox, għal min huma miktubin?