Skip to main content
 
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana Parliament of Malta

 
 
 
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana
 

Petizzjoni Nru: 3 Signatures: 8783

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - )

Details - B'mod elettroniku

Titlu Il-protezzjoni tal-embrijuni
Data 03-04-2018
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem 04-06-2018
Min ħoloq il-petizzjoni EMANUELA CACHIA
Nitlob lill-Parlament biex jassigura li kull embrijun hu protett u għaldaqstant il-Ligi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni ma tigix emendata. 1) Mill-konċepiment għandna dritt li ngħixu ħajja dinjituża. 2) Nipproteġu l-ħajja, nedukaw u nuru kompassjoni bil-fatti. 3) Opportunità biex iċ-ċittadin isemma' fehmtu, ħalli l-Kamra tad-Deputati tismagħna.
Min jien biex nagħżel min jgħix u min imut? Fil-proċess tal-IVF, li ser jiġi propost b'emenda fil-liġi, ħames bajdiet ser jiġu ffertilizzati. Minn dawn il-ħames embrijuni, tnejn minnhom jitpoġġew fil-ġuf tal-omm, filwaqt li t-tliet embrijuni l-oħra jiġu ffriżati. It-teknoloġija ma tagħtix garanzija li t-tliet embrijuni li jitħallew għall-iffriżar jgħixu żgur u lanqas hemm garanzija li ser jitpoġġew fil-ġuf tal-omm.
L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni jipprovdi għall-ħarsien tal-embrijuni umani. L-għan ta’ din il-petizzjoni hu biex isaħħaħ dan id-dritt universali: id-dritt għall-ħajja.