Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. XXIV of 2011 - Notarial Profession and Notarial Archives (Amendment) Act

Eleventh Legislature (2008 - 2013)


  Download the Document
Published on 16 December 2011

Bill No. 83 - Notarial Profession and Notarial Archives (Amendment) Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan prinċipali ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi hu biex tiġi aġġornata l-liġi dwar il-professjoni nutarili billi jipprovdi l-akbar numru ta’ salvagwardji possibbli għall-pubbliku li jagħmel użu mis-servizzi
ta’ nutar. Il-Kunsill Nutarili qed jingħata, flimkien mal-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ Atti Nutarili, rwol ċentrali fil-ġbir ta’ atti nutarili, ir-reviżjoni, l-ispezzjon u l-konservazzjoni tagħhom fl-Arkivji Nutarili. Il-Kunsill ser ikollu varji setgħat ta’ regolamentazzjoni interna fuq membri tal-professjoni. L-Abbozz ta’ Liġi jintroduċi miżuri prekawzjonarji biex jiġi żgurat li nutar li ma jikkonservax atti nutarili skont il-liġi, u jonqos milli josserva dan id-dmir fi żmien raġonevoli, ikun inabilitat parzjalment mill-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu u, jekk ikompli f’dan in-nuqqas, jeħel il-piena tad-destituzzjoni. Barra minn hekk l-Abbozz ta’ Liġi jipproteġi l-interess pubbliku billi jnaqqas il-possibbiltà li att nutarili jkun null jew annullabbli unikament għal raġunijiet ta’ forma, u billi jintroduċi assigurazzjoni ta’ bilfors kontra r-responsabbiltà professjonali ta’ nutara. Bħala riżultat ta’ ċerti sentenzi reċenti, l-Abbozz ta’ Liġi jiċċara u jirregola ċerti setgħat ta’ nutara li mhumiex specifikatament imsemmija fl-Att.

Motion No. 228 - Notarial Profession and Notarial Archives (Amendment) Bill