Date 23.07.2013
L-iSpeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia dalgħodu għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, fejn kien milqugħ mill-Ombudsman, il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino, u l-istaff kollu.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, l-iSpeaker saħaq dwar l-importanza ta’ dan l-Uffiċċju u x-xogħol li jsir fi ħdanu. L-iSpeaker saħaq li bħala President tal-Parlament, kemm l-Uffiċċju tal-Ombudsman kif ukoll l-Uffiċċju tal-Awditur Generali għalihom huwa responsabbli l-uffiċċju tal-iSpeaker, u għaldaqstant ried jikkonstata l-fatt li kemm l-amministrazzjoni tal-pajjiż kif ukoll l-finanzi tal-pajjiż, jibqa’ jkun hemm iċ-checks and balances neċessarji fl-interess tal-pajjiż u taċ-ċittadin Malti.