| Contact Us |
| Search
Date 01.08.2013
Waqt iż-żjara li qed jagħmel fil-Polonja, l-iSpeaker Anġlu Farrugia, flimkien mad-delegazzjoni parlamentari li qed imexxi fil-pajjiż, żar l-Ambaxxata Maltija ġewwa Varsavja, li kienet infetħet erbgħa snin ilu fil-kapitali Pollakka.
L-Ispeaker Malti, wara li ġie mdawwar mal-binja minn Christianne Caruana, ix-Chargé d’Affaires Maltija fil-Polonja, radd ħajr lill-istaff tal-Ambaxxata għall-ħidma tagħhom fil-pajjiż. L-iSpeaker Anġlu Farrugia faħħar lid-diplomatiċi Maltin talli, għalkemm in-numru ta’ Maltin li jew jgħixu jew jaħdmu ġewwa l-Polonja mhuwiex wieħed kbir, is-servizzi li toffri l-Ambaxxata huma mfittxija u ferm apprezzati.
Jakkumpanja lid-delegazzjoni parlamentari Maltija mmexxija mill-iSpeaker Malti hemm ukoll l-ewwel Ambaxxatur Malti li kien residenti fil-Polonja s-Sur Gaetan Naudi.
