| Contact Us |
| Search
Date 27.09.2013
Delegazzjoni Parlamentari ntlaqgħet mill-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Laburista l-Onor Joseph Cuschieri u mill-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista l-Onor David Casa, kif ukoll mis-Sur Ryan Meilak, lecturer fil-Parlament Ewropew li għamel preżentazzjoni dwar il-ħidma ta’ din l-Istituzzjoni u l-Kumitati tagħha.
L-iSpeaker Anġlu Farrugia rringrazzja liż-żewġ Membri tal-Parlament Ewropew għall-impenn nazzjonali tagħhom fl-interess ta’ pajjiżna u rrefera wkoll għall-importanza li l-Parlament Nazzjonali Malti jkun aktar viċin tal-Istituzzjonijiet Ewropej.
L-iSpeaker Farrugia rringrazzja wkoll lis-Sinjorina Pauline Abela, Rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell għall-ħidma sfieqa li qiegħda tagħmel biex iżżomm lill-Parlament Malti aġġornat b’dak li jkun għaddej fl-istess Istituzzjonijiet.
Fl-aħħarnett huwa rringrazzja lis-Sur Martin Bugelli u lil Dr Angelo Chetcuti mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta li kkordinaw u akkumpanjaw lid-delegazzjoni Maltija matul iż-żjara ta’ informazzjoni fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
