Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. I of 1992 - Development Planning Act

Sixth Legislature (1987 - 1992)


  Download the Document
Published on 17 January 1992

Bill No. 170 - Development Planning Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-iskop ewlieni ta' dan l-Abbozz huwa li joħloq Awtorità indipendenti, li tkun magħrufa bħala l-Awtorità għall-Ippjanar, b'funzjonijiet u saħħa li tiżgura li l-iżvilupp isir biss skond pjanijiet ta' żvilupp, jiġifieri pjan ta' struttura u l-pjanijiet sussidjarji tiegħu.

L-Abbozz jipprovdi għall-arranġamenti amministrattivi meħtieġa għat-tħejjija tal-pjanijiet ta' żvilupp u s-seħħ u twettiq tagħhom. L-Abbozz jaħseb biex l-opinjoni pubblika tinstema sew fit-tħejjija kemm fit-twettiq tal-pjanijiet; u jipprovdi biex ikun hemm appell mid-deċizjonijiet ta' l-Awtorità fuq ħwejjeg li jolqtu l-kontroll ta' l-iżvilupp u  t-twettiq ta' dak il-kontroll.


L-Abbozz jissostitwixxi għal kollox it-Taqsima I tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, l-Att tal-1988 dwar Permessi għall-Bini (Provvedimenti Temporanji) u dak li għadu jseħħ mill-Att tal-1983 dwar l-Arei għall-Iżvilupp tal-Bini. L-Abbozz jipprovdi wkoll għas-sostituzzjoni tat-Taqsima V tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija u jinkorpora fih id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' l-Ordinanza dwar l-Estetika tal-Bini.

Motion No. 282 - Development Planning Bill