| Contact Us |
| Search
| Download the Document | |
| Published on | 25 March 1988 |
L-Għan tal-Abbozz huwa li jirregola s-setgha tal-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet fl-għemil ta' pjani regulaturi u fl-għoti ta' permessi tal-bini, b'mod li jnaqqas il-possibilita ta' korruzzjoni. L-Abbozz jipprovdi wkoll għal tħassir ta' l-Att tal-1983 dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini li kien jipprovdi għall-iżvilupp fiżiku tal-gżira mingħajr ebda riferenza għal pjan jew gwida razzjonali għall-iżvilupp, u jipprovdi minflok sabiex isir survey li fuqu għandu jiġi bbażat pjan ta' struttura għal Malta li għandu jinkludi policy ta' ppjanar nazzjonali dwar l-iżvilupp u użu ieħor tal-art. L-Abbozz jipprovdi wkoll għall-ħolqien ta' Arei ta' Preservazzjoni u ta' Konservazzjoni, u l-ħrug ta' Ordnijiet ta' Eżekuzzjoni u żieda fil-pieni sabiex iż-żamma tal-liġi tkun iktar żgurata. L-Abbozz jipprovdi għal grad ogħla ta' parteċipazzjoni pubblika fil-formulazzjoni tal-policy għall-iżvilupp fiżiku ta' Malta. Id-dispożizzjonijiet tal-Att huma maħsuba li jibqgħu biss fis-seħħ sakemm issir leġislazzjoni oħra iktar organika għall-iżvilupp fiżiku tal-gżejjer.