Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. XXIV of 2014 - Various Laws (Criminal Matters) (Amendment No. 2)

Twelfth Legislature (2013 - 2017)


  Download the Document
Published on 01 August 2014

Bill No. 53 - Various Laws (Criminal Matters) (Amendment No. 2) Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI dwar il-konsiderazzjoni ta’ kundanni fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċeduri kriminali ġodda, biex timplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, biex timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali. Barra minhekk, qegħdin jiġu introdotti emendi ta’ diversi liġijiet
biex b’hekk il-prosekuzzjoni tkun tista’ tikklassifika l-gravità ta’ ċertu reati u taċċerta lill-qorti fuq liema kriterji għandhom jiġu mressqa persuni akkużati għall-finijiet li jiġu pprovduti linjigwida dwar il-mod kif dawn għandhom jiġu kklassifikati, tingħata wkoll opportunità lill-akkużat biex jagħmel stħarriġ ġudizzjarju ta’ dik ilklassifikazzjoni u biex il-qorti tingħata poter li tapplika pieni ta’ skala inqas minkejja l-fatt li hemm dik il-klassifikazzjoni. L-Abbozz jemenda wkoll l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta bil-għan li jsiru dispożizzjonijiet in konformi maċ-ċirkostanzi li ddikjarazzjoni tal-Formola Ċ tista’ tkun imfittxija u li tipprovdi għar-reati li jkunu saru għall-ewwel darba.

Motion No. 112 - Various Laws (Criminal Matters) Bill (Amendment No. 2)