| Contact Us |
| Search
Date 26.09.2013
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qed imexxi delegazzjoni mill-Parlament Malti, magħmula mill-Onor Carmelo Abela, l-Onor David Agius, l-Onor Anthony Bezzina, l-Onor Charles Buhagiar, l-Onor Claudette Buttigieg, l-Onor Robert Cutajar, l-Onor Kristy Debono, l-Onor Marlene Farrugia, l-Onor Etienne Grech, l-Onor Paula Mifsud Bonnici, l-Onor Joseph Sammut, l-Onor Silvio Schembri, is-Sur Raymond Scicluna, l-Iskrivan tal-Kamra, flimkien ma’ sitt uffiċjali li jaħdmu f’sezzjonijiet differenti fil-Parlament ta’ Malta, għal żjara ta’ informazzjoni fl-Istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell.
Iż-żjara ta’ jumejn ġiet organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Il-Kap tar-Rappreżentanza, is-Sur Martin Bugelli, qiegħed jakkumpanja lid-delegazzjoni.
Il-programm taż-żjara jiġbor fih numru ta’ laqgħat ma’ uffiċjali li jmexxu d-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni.