| Contact Us |
| Search
Date 28.07.2014
Bejn il-26 u s-27 ta’ Lulju, fl-Università ta’ Hull f’Oxfordshire, l-Inter-Parliamentary Union flimkien maċ-Ċentru tal-Istudji Leġiżlattivi tal-istess Università, organizzaw il-11-il Workshop of Parliamentary Scholars and Parliamentarians.
Waħda mill-aktar temi li ġew diskussi matul dan il-workshop kienet tirrigwarda l-accountability fir-rigwardtal-Membri Parlamentari, kif ukoll l-accountability fir-rigward tat-twettiq u t-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea.
Fl-intervent tiegħu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati tenna li kull forma ta’ nuqqas minn Membru jew Membri Parlamentari, jimmina serjament il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istess politiku jew politiċi eletti u dan iwassal sabiex l-istess fiduċja tonqos ukoll lejn l-Istat u l-Istituzzjonijiet b’detriment tas-sistema politika kollha.
Meta kien qed jikellem dwar l-Istituzzjonijiet tal-UE u t-tħaddim tagħhom, l-Ispeaker tenna li dawn l-istessIstituzzjonijiet għandhom jaraw, filwaqt li għandhom ukoll l-obbligu, li jippromwovu t-trasparenza u jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jittieħdu, ikunu fl-interess taċ-ċittadin Ewropew. It-trasparenza tista’ tiġi żgurata billi jiġi rrispettat id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Istituzzjonijiet tal-UE lis-soċjetà ċivili, kif stipulat mit-Trattat (art.15) dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.