Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR172433 - The Speaker inaugurates the 2017 Malta Architect Awards

Date 31.10.2017

L-Ispeaker jinawgura l-wirja tal-Malta Architect Awards għas-sena 2017
 

Ġewwa l-bini tal-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura esebizzjoni b’rabta mal-Malta Architect Awards għas-sena 2017.

F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker tenna illi permezz tal-Malta Architect Awards ikun qed jiġi onorat is-sehem ta’ dawk l-individwi li jsawwru bini u xogħol arkitettoniku avvanzat, li flimkien mas-sbuħija estetika tal-bini, l-użu ta’ teknoloġija avvanzata, u r-rispett lejn l-ambjent naturali u storiku tal-lok u l-post tal-proġett, jagħmlu x-xogħol arkitettoniku sħiħ u komplut. L-Ispeaker kompla billi qal li dawn il-konsiderazzjonijiet u oħrajn għandhom jgħollu l-valur arkitettoniku tal-proġett li jwassal dak il-bini sabiex jibda jitqies bħala parti mill-wirt ta’ pajjiżna.

F’għeluq id-diskors tiegħu l-Ispeaker tenna li l-entitajiet regolatorji għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li jinżammu l-ogħla standards tal-aspetti kollha dwar is-saħħa pubblika u s-sigurtà tal-bini u strutturi oħra ta’ żvilupp, filwaqt li għandhom id-dover li l-liġi u r-regoli tal-bini, u strutturi ta’ żvilupp, ikunu applikati fl-interess tal-ġid komuni tas-soċjetà.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg indirizza wkoll lil dawk preżenti.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius.

 


thumbnail

(I)  (II) 

Press Release