| Contact Us |
| Search
Date 20.12.2017
L-Ispeaker Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ korteżija mir-rappreżentant Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, li ppreżentalu l-awditu tal-UE fil-qosor – l-introduzzjoni tar-rapport annwali 2016.
L-Ispeaker Farrugia rringrazzja lil Leo Brincat għax-xogħol ta’ impenn u ta’ dedikazzjoni fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Ir-rapport ippreżentat minn Leo Brincat tpoġġa mill-Ispeaker fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta tal-bieraħ
