Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR172898 - Official Opening of Art show in aid of Dar tal-Providenza

Date 15.12.2017

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza. 

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker sellem il-memorja ta’ Monsinjur Mikiel Azzopardi li fl-1965 waqqaf id-Dar tal-Providenza. Permezz ta’ ħidmietu, Monsinjur Azzopardi nissel fil-Maltin u Għawdxin imħabba lejn il-persuni b’diżabbiltà u l-morda. Huwa fisser il-ġenerożità tal-artisti Maltin, Għawdxin u oħrajn li taw opri tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza, bħala xhieda ħajja ta’ kemm l-ispirtu u l-valur tas-solidarjetà soċjali huwa ħaj fil-qalb tal-Maltin u l-Għawdxin, u barranin ħbieb il-poplu Malti.

Il-pubbliku jista’ jżur din il-wirja tal-arti fl-intrata tal-Parlament ta’ Malta sal-Ħamis, 28 ta’ Diċembru 2017—matul il-ġimgħa, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u l-5.00 ta’ waranofsinhar, u s-Sibtijiet u l-Ħdud, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

 


thumbnail

(I)  (II)  (III)  (IV) 

Press Release