Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR180372 - Launch of book Il-Kmandament Numru Ħdax by Paul P Borg

Date 22.02.2018

“Nifraħ lil Paul P. Borg, nirringrazzjah tal-ħidma letterarja tiegħu u nawguralu sabiex ikompli juri l-kobor tal-lingwa Maltija u fl-istess waqt ikompli jkun kritiku tax-xejriet soċjali, sabiex it-tajjeb mis-soċjetà Maltija ma jonqos qatt,” tenna l-Ispeaker Anġlu Farrugia meta ppresjeda t-tnedija tal-ktieb Il-Kmandament Numru Ħdax ta’ Paul P. Borg.

 

F’kelmtejn tal-okkażjoni, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li mhux faċli li wieħed iżomm bilanċ bejn il-ħtiġijiet ta’ żvilupp u l-ħtieġa daqstant neċessarja, li bħala poplu, nazzjon, ġens u komunità ngawdu flimkien il-paesaġġ naturali, bl-għelieq u l-ġonna li jagħtuna l-frott u x-xagħri li minnu nnifsu huwa lok rekreattiv u pulmun fl-eko-sistema tal-gżejjer Maltin. Huwa qal li għalkemm sar ħafna dwar l-għarfien u bżonn li nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ pajjiżna, jeħtieġ li nkunu fermi dwar dak kollu li hu essenzjalment meħtieġ sabiex kemm aħna, kif ukoll, ulied uliedna, ngawdu spazji naturali u sbieħ fejn fihom nistgħu minnufih nintebħu u napprezzaw dak kollu li f’qafas naturali, hu tassew Malti tal-Maltin u l-Għawdxin.

 

Is-Sur Borg huwa awtur ta’ bosta kitbiet fil-lingwa Maltija, għalliem, poeta u kontributur regolari f’ġurnali lokali.  Il-kitba ta’ Paul P. Borg hija ispirata mill-ġrajjiet soċjali tal-poplu Malti. Huwa meqjus bħala protagonist ewlieni għal ħarsien tal-ambjent u difensur ta’ prinċipji etiċi u valuri tajba u għonja.


thumbnail

(I)  (II)  (III)