| Contact Us |
| Search
| Download the Document | |
| Published on | 27 March 2026 |
| Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
|---|---|---|---|---|---|
|
Seduta Nru 394
-
28 Ott 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 423
-
14 Jan 2026
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 424
-
19 Jan 2026
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 441
-
04 Mar 2026
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 051
-
18 Mar 2026
Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 450
-
25 Mar 2026
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz huma sabiex jistabbilixxu l-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu b’setgħa li janalizza deċiżjonijiet maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ self li jiċħdu applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli għal faċilitajiet ta’ kreditu, jirtiraw jew inaqqsu faċilitajiet ta’ kreditu eżistenti, jew jiċħdu applikazzjonijiet għal ristrutturar ta’ faċilitajiet ta’ kreditu eżistenti. L-Abbozz jeħtieġ li kull istituzzjoni ta’ self tfassal karta li tipprovdi gwida dwar il-proċessi ta’ applikazzjonijiet għal kreditu, inklużi l-iskedi ta’ żmien, il-mekkaniżmu sabiex isiru l-ilmenti u informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli sabiex l-ilment jiġi rivedut mill-analista tal-kreditu. Meta istituzzjoni ta’ self tonqos milli tistabbilixxi tali karta, għandha tapplika l-karta prestabbilita li tinsab fl-Iskeda. L-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu huwa intenzjonat li jipprovdi analiżi strutturata permezz tal-medjazzjoni u li jipprovdi rakkomandazzjonijiet formali li ma jorbtux lill-partijiet meta l-medjazzjoni ma tirnexxix sabiex jiġi żgurat li l-ilmenti jiġu ttrattati b’mod proċeduralment ġust, informali, ekonomiku u spedjenti, filwaqt li l-proċedimenti bejn l-partijiet jibqgħu kunfidenzjali u privati.