Estratt mis-Seduta Nru. 536 tas-Sitt Parlament tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju, 1991
KONDOLJANZI
ONOR. GUIDO DE MARCO: Sur President, jien informat illi fit-22 ta' Gunju, miet fir-residenza tiegħu, in-Nutar Giuseppe Cauchi li kien minn Nadur, Għawdex, fl-eta' ta' 75 sena. In-Nutar Cauchi fl-1950 kien ġie elett fit-Tieni Leġislatura bħala indipendenti. Jgħaddi żmien minn fuq kulħadd, pero' wieħed li kien Membru tal-Parlament jibqa' dejjem li kien Membru tal- Parlament. Huwa dover tal- Kamra li tfakkar fatt bħal dan. Nixtieq ngħaddi l-kondoljanzi tiegħi lill-mara tiegħu, is- Sinjura Carmelina Cauchi, lil uliedu Marija u r-raġel tagħha Serge Natoli, Antoinette u r- raġel tagħha Patrick Micallef, Angela u r-raġel tagħha Simon Marcel Theuma, lit-tifel tiegħu Pierre u l-mara tiegħu Vitorin, u lin-neputijiet tiegħu kollha. Jiddispjacini ħafna għax hija telfa għall-familja tiegħu.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni tingħaqad mal- Gvern biex testendi l- kondoljanzi tagħha lill- familjari tan-Nutar Cauchi. Aħna nixtiequ nieħdu din l- opportunita' biex pubblikament nestendu l-kondoljanzi tagħna lill-Prim Ministru għat-telfa ta' ħuh.
MR SPEAKER: Grazzi. Is- Sedja tassocja ruħha mas- sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u tinkariga lill-iSkrivan tal-Kamra jwassal il-kondoljanzi lill-familjari.