Skip to main content
Parliament of Malta
Language: mt   |  Search  |  Contact Us

Language: mt   |  Search  |  Contact Us

Dr Frans Dingli

Back to List

Condolences (22 Mar 1982)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 11 tat-23 ta' Marzu 1982

KONDOLJANZI

ONOR. JOSEPH CASSAR (Ministru tal-Ġustizzja u Affarijiet tal-Parlament): Mr Speaker, nixtieq ngħarraf lill-Kamra li l-bieraħ ġewwa Ħ'Attard fid-dar tiegħu miet it-Tabib Frans Dingli, li kien Membru ta' din il-Kamra fil-Leíġslatura tat-Tieni Parlament, bejn l-1966 u l-1971. Dan ikkontesta fl-elezzjoni darbtejn fl-interess tal-Partit Nazzjonalista - l-ewwel darba kien ġie elett u t-tieni darba kien ġie defeated, u sussegwentement dan irtira mill-politika kompletament.

Jiena personalment ftit nafu lit-Tabib Frans Dingli. Naf li huwa miżżewweħ u għandu familja b'erbat itfal. Naf - kif jafuh anke xi Membri ta' din il-Kamra li anke kienu Membri tal-Kamra meta huwa kien ukoll jokkupa siġġu f'din il-Kamra; u anke oħrajn li jafuh barra din il-Kamra - li kien bniedem kwiet, bniedem li ma joffendi lil ħadd. Naturalment, kellu l-veduti tiegħu, kellu t-twemmin tiegħu; imma ma kienx jaġíixxi b'mod li jista' joffendi lill-avversarji tiegħu.

Għalhekk jiena, Mr Speaker, bħala l-Leader of the House, nixtieq li nipproponi li s-Sinjorija Tiegħek tibgħat il-kondoljanzi lis-Sinjura Dingli u lill-familja meta titlef il-kap tagħha; u tgħaddiha l-kondoljanzi tagóna hawnhekk f'dawn iż-żmenijiet tant koroh u ta' niket għalihom.

MR SPEAKER (Onor. Daniel Micallef): Is-Sedja tingħaqad mad-Deputat Prim Minstru Anzjan fil-kondoljanzi tiegħu li ta lill-familja ta' l-ex-kollega tagħna, Dr Franz Dingli - bniedem li nafu bħala kollega tiegħi f'żewġ oqsma, bħala tabib u bħala Parlamentari hawnhekk.

Kif qal id-Deputat Prim Ministru anzjan, kien bniedem twajjeb. Nafu bħala bniedem li għamel ħafna ġid fil-qasam mediku u kien irrispettat minn kull min kien jafu. Jien għalhekk nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra li jgħaddi l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Electoral History

Second Legislature (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Elected on: 31.03.1966
Oath of Allegiance: 25.04.1966
Dissolution of Parliament: 24.04.1971