Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Dr Joseph Flores

Back to List

Condolences (9 Mar 1974)

ESTRATT MIS-SEDUTA PARLAMENTARI NRU 276 TAT-TIELET LEĠISLATURA TAL-11 TA' MARZU 1974

KONDOLJANZI

MR SPEAKER: Nixtieq ninforma b’sogħba lill-Kamra wkoll illi waqt li ma konniex sitting, kien hemm żewġ imwiet, waħda ta’ Mr Speaker Flores, li, kif tafu intom, kien Membru ta’ din il-Kamra u kien Speaker ukoll, u tal-mama’ tal-Membru tagħna, Pawlu Carachi. Forsi l-Kamra.....


ONOR. DR A. BUTTIGIEG (Ministru tal-Ġustizzja u Affarijiet tal-Parlament): Mr Speaker, għan-nom ta’ din in-naħa tal-Kamra jiena nagħti l-kondoljanzi tiegħi lil seħibna, l-Onor. Pawlu Carachi, għat-telfa li ġarrab fil-mewt ta’ ommu u nixtieqlu kull faraġ li jista’ jingħatalu f’okkażjoni bħal din. (Onor. Membri: Hear, hear)

Mr Speaker, ukoll f’dawn il-ġranet kellna l-mewt ta’ ex-Speaker ta’ din il-Kamra, l-ex-Imħallef Flores. Lill-Imħallef Flores nafuh bħala avukat brillanti fil-Kriminal, avukat illi ma Ilimitax ruħu biss pero’, għall-eżerċizzju ta’ l-avukatura, avolja seta’ jagħmel qliegħ kbir, pero’ ħass ukoll ġo fih illi għandu wkoll jagħti servizz lil pajjiżu. U dan is-servizz tah billi ħa parti attiva fil-politika, daħal fil-Partit tagħna, mexa ‘l quddiem, sar Deputy Leader, u aktar tard sar Speaker ta’ din il-Kamra.


Kulħadd jaf, Mr Speaker, illi waqt illi huwa kien tmexxi lill-Kamra, huwa ħareġ bl-uniri kollha, u jiena ma Iħaqtux għax proprju kont dak li ħadtlu postu meta hu sar imħallef. Jiena sirt minn floku Depautat u ma kellix l-okkażjoni li nkun hawn meta kien jippresjedi hu. Biss, dawk kollha li kienu preżenti meta kien jipprejedi hu. Biss, dawk kollha li kienu preżenti metakulħadd, b’vuċi waħda, japprezzaw il-mod serju, dekoruż u dixxiplinarju li bih kien imexxi din il-Kamra.


Mr Speaker, imbagħad il-Gvern għoġbu li jagħżlu bħala wieħed mill-imħallfin. U hemmhekk ukoll l-Imħallef Flores, Mr Speaker, ħalla l-impronta tiegħu. Ħalla l-impronta tiegħu f’dan is-sens: mhux għaliex forsi kellu dottrina aktar minn ta’ ħaddieħor. Dottrina, l-imħallfin anke ta’ qabel kellhom ukoll. U forsi seta’ kellhom iżjed minnu. Iżda fil-waqt li l-imħallfin ta’qablu aktar kienu jħarsu lejn ir-delitt milli lejn id-delinkwent, kważi, kważi, ftit kienu jagħtu każ tad-delikwent, u l-liġi sa ċertu punt kienet għadha iebsa u bdiet titrattab biss fl-1956.


Nerġa’ ngħid, huwa daħħal ukoll l-importanza illi l-ġudikant, barra d-delitt fih innifsu jara wkoll id-delinkwent, jara ċ-ċirkostanzi li fihom huwa kkommetta d-delitt u jara jekk dan hux bniedem li jista’ jirriforma ruħu, li jista’ jagħtih ċans li jibqa’ fis-soċjeta’ u jibda jgħix ta’ ċittadin tajjeb, inkella jkunx tal-klassi l-oħra illi ma tantx tista’ tafdah barra, u s-soċjeta’, kontra qalbha, ikollha ddaħħlu ġewwa l-ħabs.


F’din it-triq, Mr Speaker, l-Imħallef Flores ħalla impronta kbira li nafuha aħna, l-avukati kollha, illi umannizza l-piena. (Onor. Membri: Hear, hear) Naturalment, kwalunkwe ġudikant, meta jagħżel triq bħal din, li tkun triq ġdida, daqqa forsi jagħmel tajjeb ħafna, daqqa forsi jista’ jiżbalja, pero’ tutto sommato, għaliex, Mr Speaker, bosta drabi hawn din it-tendenza Ilum illi nħarsu wisq lejn id-delinkwent – u hawn qiegħed il-perikolu – milli lejn l-interess tas-seoċjeta’, lejn il-perikolu li jħalli, li huwa d-delitt għas-soċjeta’, u jkollna l-inklinazzjoni li nkunu lerjenti ż-żejjed lejn id-delinkwent b’perikolu lejn is-soċjeta’. Ma tridx tagħmel hekk. Trid tagħmel it-triq tan-nofs. Pero’, Mr Speaker, nerġa’ ngħid, fl-imgħoddi l-punto di vista kien wieħed: aktarx, illi wieħed iħares iktar lejn id-delitt milli lejn id-delinkwent. U l-Imħallef Flores wera kuraġġ kbir, kuraġġ li veru kienet tagħtih il-liġi emendata fl-1956. Pero’ wara, bosta drabi, mar iktar minn hekk għaliex ġieli ta’ pieni iktar meta milli l-liġi kienet tippermetti. Ġieli, kważi, kważi, bosta drabi anke sfida l-liġi, pero’ dan għamlu, naturalment, għax kien iħoss li forsi l-liġi kienet iebsa wisq għaż-żmenijiet tal-lum. Kien bniedem illi wera umanita’ kbira u f’dan aħna għandna niftakruh, Mr Speaker, u niftaħru bih. Jiena m’inhix qiegħed ngħid l-opinjonijiet personali tiegħi f’din il-ħaġa. Jiena ċert illi bħali jitkellmu l-maġġor parti ta’ l-avukati, speċjalment dawk illi jeżerċitaw fil-Kriminal. U għalhekk, jiddispjaċina, Mr Speaker, li kellu jtemm ħajtu daqsxejn waħda b’kondizzjonijiet ta’marda iebsa. Seta’ ta iżjed lis-soċjeta’, baqa’ sa l-aħħar irid jagħti iżjed, baqa’ sa l-aħħar ikun konvint illi kien jista’ jagħmel emendi iżjed fil-Kriminal; naturalment, saħħtu ma kienetx tippermettilu.

Nerġa’ nigħid, lil dan il-bniedem għandna nfaħħruh barra minn dak li għamel fl-avukatura, fil-ġudikatura wkoll, bħala l-parti li ħa ta’ interess fis-soċjeta’. U j’Alla jkun hawn ħafna bħalu, j’Alla illi l-ħajja ma tkunx, għalina, ħaġaw individwali, li jimportana mill-interess individwali u tal-familji tagħna biss, imma anke jkollna interess li nħarsu lejn l-interessi tas-soċjeta’ u li niddedikaw parti, almenu, jekk mhux kbira, żgħira, mill-interessi tagħna lejn is-soċjeta’. U għalhekk lil din il-figura hekk simpatika ta’ l-Imħallef Flores, aħna Ilum nikkommemorawha, u jiddispjaċina, nuru sogħba kbira illi, bħall-bniedem l-oħra kollha, kellu jsib it-triq tal-ħajja ta’ dejjem. (Onor. Membri: Hear, hear)

MR SPEAKER: Dr Borg Olivier.

ONOR. DR G. BORG OLIVIER: Jiena nassoċja ruħi wkoll, Sur President, f’ismi u f’isem il-Membri ta’ l-Oppożizzjoni, għall-kliem sabiħ illi għamel l-istess Onor. Buttigieg għar-rigward ta’ ex-Speaker tal-Kamra, l-Onor. Imħallef Flores, illi għalkemm ma baqax fil-Kamra magħna Ikoll bqajna niftakruh għall-mod dekoruż u fl-istess ħin b’umanita’, sinċerita’ u simpatija illi kien imexxi l-affarijiet f’din il-Kamra; ilkoll kellna rispett lejh u ammirazzjoni. Hekk ukoll fil-linji kollha illi huwa għażel, illi ddedika ruħu għalihom fil-ħajja attiva illi huwa segwa. Jien ili nafu miż-żmien ta’ studenti l-Universita’. F’din il-Kamra kemm dam hu kont hawn jiena, u barra minn dan kien ħabib personali kif kien ħabib personali ta’ ħafna nies oħra. U kien liema naħa kien, u għażel dak li għażel biex jagħmel, kemm fil-kamp politiku, kemm fil-kamp legali u ġudizzjarju, ma setax ħlief ikollu l-ammirazzjoni tiegħi għal dik li hija umanita’ kbira illi huwa kien juri għal kull każ li jittratta fuqu, kif ukoll għas-simpatija li rnexxielu jiġbed miċ-ċittadini kollha li kienu anke jafuh mill-bogħod jew kellhom jittrattaw miegħu. Lill-familja tiegħu jien ukoll, għan-nom ta’ din in-naħa u f’ismi, irrid nagħti l-għomor u l-kondoljanzi sinċieri. (Onor. Membri: Hear, hear)


MR SPEAKER: 
Nixtieq inżid illi Mr Speaker, apparti illi kien ħabib tiegħi personali, jiena kont l-alliev, forsi anke alliex inden in- kwantu l-proċedura ta’ din il-Kamra. L-uniku dispjaċir li għandi jien u li staff tiegħi kien illi l-bieraħ ma kienx possibbli għalina illi nagħtuh l-aħħar tislima flimkien ma’ qrabatu u l-ħbieb l-oħra.