Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Mr Ferdinand Galea

Back to List

Condolences (20 Jan 1988)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 62 tas-Sitt Leġislatura tal-Erbgħa, 20 ta' Jannar, 1988

 

KONDOLJANZI

 

ONOR GUIDO DEMARCO (Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Intern u Ġustizzja): Sur President, qabel ma nagħmel il-mozzjoni ta' l-Aġġornament, għadni kemm ġejt informat bil-mewt tas-Sur Randu Galea li ġrat illum.

Is-Sur Randu Galea, kif jafu l-Onor. Membri għamel diversi snin rappreżentant tal-poplu f'dan il-Parlament. U naħseb li huwa dover tagħna lkoll li nagħtu r-rispett tagħna lejn il-memorja ta' wieħed li kien kollega tagħna f'dan il-Parlament, illi għal diversi snin serva bħala Deputat tal-poplu li mill-aħjar kapaċita' tiegħu dejjem ta' dak li seta' lill-kostitwenza tiegħu. Is-Sur Randu Galea kien bniedem viċin ħafna l-kostitwenza tiegħu.


Għalhekk, Sur President, nixtieq li nwassal il-kondoljanzi tal-Gvern lill-familja tas-Sur Randu Galea, lit-tifel tiegħu li jieħu parti attiva ħafna fil-politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u naturalment, naħseb li jkun doveruż li l-Kamra tosserva ħin qasir ta' silenzju b'rispett tal-memorja tas-Sur Randu Galea.


Wara dan, bil-kunsens tal-Kamra, nagħmel il-mozzjoni ta' l-Aġġornament ħalli b'hekk kull min kellu d-dritt jew għandu dritt - għax ġejt informat li hemm min irid jitkellem fl-Aġġornament- jitkellem fl-Aġġornament. Imbagħad nagħmel mozzjoni ta' l-Aġġornament wara li jkun hemm id-diskorsi relattivi min-naħa l-oħra tal-Kamra u mis-Sinjorija Tiegħek.


MR SPEAKER (Onor. Jimmy Farrugia): il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.


ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni tassoċja ruħha mal-Viċi Prim Ministru fl-espressjoni tas-sentimenti ta' sogħba għall-mewt tas-Sur Randu Galea, ex-Deputat ta' din il-Kamra, u tixtieq tingħaqad ukoll mal-Gvern biex dawn is-sentimenti ta' sogħba jitwasslu lill-familjari tiegħu biex jingħataw il-faraġ f'din it-telfa tagħhom.


MR SPEAKER: Is-Sedja tassoċja ruħha mal-Viċi Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li għadhom kemm esprimew is-sentimenti ta' sogħba għall-mewt tas-Sur Randu Galea, ex-Deputat ta' dan il-Parlament, u tassigura lill-Kamra li twassal lill-familjari tiegħu dawn is-sentimenti espressi f'din il-Kamra.

ONOR. GUIDO DEMARCO: Nissuġġerixxi minuta silenzju, Sur President.

ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Nissekonda.

MR SPEAKER: Il-Kamra taqbel? (Onor. Membri: Iva)

Il-Kamra żammet minuta silenzju bħala turija ta' rispett.

Electoral History

Second Legislature (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Elected on: 18.04.1966
Oath of Allegiance: 25.04.1966
Dissolution of Parliament: 24.04.1971