Skip to main content
Parliament of Malta
Language: mt   |  Search  |  Contact Us

Language: mt   |  Search  |  Contact Us

Uffiċjali mill-Parlament ta’ Malta jagħtu d-demm

Friday, 19 December 2014

PR142976  UFFIĊJALI MILL-PARLAMENT TA’ MALTA JAGĦTU D-DEMM

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, kien preżenti għal għotja ta’ demm li saret minn numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fil-Parlament ta’ Malta li llum, 19 ta’ Diċembru, żaru ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia.

L-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia appella sabiex iktar ħaddiema jingħaqdu fi gruppi u jersqu biex jagħtu d-demm fil-jiem li ġejjin fejn id-domanda preżenti tista’ faċilment issir aktar akuta.  Huwa appella wkoll sabiex filwaqt li kulħadd għandu jieħu l-opportunità li jiċċelebra f’dan iż-żmien ta’ festi, għandha ssir attenzjoni f’dak li huwa konsum ta’ alkoħol; kawża prinċipali ta’ inċidenti tat-traffiku li invarjabbilment tista’ twassal sabiex ir-riserva tad-demm tkompli tonqos serjament.

 L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-uffiċjali ta’ din l-inizjattiva u żied jgħid li dan il-ġest iwassal għal sodisfazzjon personali, partikolarment f’dan iż-żmien ta’ festi u għoti ta’ xewqat sbieħ.