Malta, too small to accept more illegal immigrants
Date petition closes for signatures
B’1,500 persuna kull kilometru kwadru, Malta għandha l-aktar popolazzjoni densa mill-kumplament tal-pajjiżi kollha tal-UE, elf persuna aktar mill-Olanda, 505 persuna kull kilometru kwadru, it-tieni l-aktar pajjiż b’popolazzjoni densa, bil-Belġju fit-tielet post bi 377. Il-Finlandja, bi 18, Żvezja b’25, u l-Estonja b’31 persuna kull kilometru kwadru jgawdu l-inqas popolazzjonijiet densi.
Il-medja tad-densità bejn il-pajjiżi kollha tal-UE eskluża Malta hija ta’ 128 persuna kull kilometru kwadru. Dan ifisser li bħala medja, Malta għandha densità ta’ 1,377 persuna aktar minn kull pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, għal kull kilometru kwadru.
Dan il-fattur juri ċar kristall li pajjiżna assolutament ma jistax ikompli jassorbi aktar immigranti illegali, lanqas persuna waħda biss, u dan mhux b’kapriċċ, iżda għaliex fiżikament, huwa impossibbli għal pajjiżna.
Għal snin twal, Malta laqgħet immigranti illegali ferm aktar minn kemm tiflaħ. Dan il-fatt ħoloq u għad irid joħloq aktar problemi serji lilna ċ-ċittadini Maltin, fosthom fuq is-saħħa, fuq is-sigurtà, u fuq l-akkomodazzjoni.
L-immigrazzjoni illegali ħadet xejra ta’ ħidma ta’ kriminalità organizzata bejn għaqdiet li għal gwadan tagħhom, jgħabbu lil pajjiżna b’responsabbiltà u dmirijiet li ma nifilħuhomx.
Din il-problema qiegħda tieħu xejra politika u minflok ma niġbdu ħabel wieħed lejn l-interessi ta’ pajjiżna, qiegħda tintuża biex issir ħsara lil min irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tan-nazzjon kif ukoll persuni li huma responsabbli mis-sigurtà tagħna.
L-Unjoni Ewropea m’għandiex tinqeda b’Malta daqslikieku pajjiżna kien it-tapit ta’ quddiem il-bieb ta’ barra ta’ darha.
L-Unjoni Ewropea għadha ma għamlet xejn biex ittaffi l-ġuħ u t-tbatijiet li qegħdin isofru madwar seba’ mitt elf immigrant illegali li jinsabu miżmumin ġewwa l-Libja bil-konsegwenzi koroh illi dawn ikunu kostretti jaħarbu, jitgħabbew b’mezzi illegali ġewwa d-dgħajjes, u jitħallew għal riħhom fl-ibħra Maltin.
Wherefore I/we respectfully request the House of Representatives to
Fl-interess nazzjonali jinħtieġ li mill-aktar fis, il-gvern jara x’inhi l-fehma tal-poplu. Ir-riżultat finali għandu jorbot lil kull gvern, preżenti u futuri. Jorbot ukoll li kull persuna li tazzarda tagħmel ħsara lil ċittadin, ċittadina, jew ċittadini Maltin li jkunu qegħdin jaġixxu fl-interess tal-Poplu Malti, tinżamm jew jinżammu responsabbli għal kwalunkwe danni sofruti jekk u meta jinstabu ħatja.
Jekk verament l-Unjoni Ewropea trid issalva l-immigranti illegali, Malta għandha tisħaq biex jitwaqqfu bażijiet fi Spanja, Franza, u l-Italja, fejn fihom jiġu identifikati l-każi ġenwini, u jsiru programmi serji, fosthom ta’ edukazzjoni biex meta jkun il-waqt, dawn jiġu mxerrda bejn il-kumplament tal-pajjiżi fil-kontinent, dejjem b’sistema proporzjonata.
Jekk l-Unjoni Ewropea mhijiex lesta tieħu l-problema bis-serjetà kollha li jixirqilha, tant li l-pajjiżi tal-kontinent jibqgħu jirrifjutaw li jgħinuna, allura l-membri parlamentari Ewropej tagħna għandhom jesiġu li jiġi xolt il-programm u l-Ewropa ma tibqax tobbliga lil pajjiżna jaqdef għal rasu.
Sadanittant, Malta tibqa’ obbligata biss li tassisti persuni fil-periklu, u jekk ikun meħtieġ, jitwasslu lejn il-bażi l-aktar viċina, u dan dejjem bl-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, iżda Malta żżomm id-dritt li waqt perjodu ta’ theddida ta’ saħħa, sew jekk waħda interna, sew jekk reġjonali, kif ukoll jekk dinjija, iżżomm il-portijiet tagħha magħluqin biex tħares is-saħħa taċ-ċittadini kollha li jkunu jinsabu fiha.
Riżultat pożittiv favur l-interessi ta’ pajjiżna, jagħti wkoll aktar saħħa lill-politiċi tagħna meta jiġu biex jinnegozjaw ma’ politiċi barranin.
Do you agree that Malta should not continue to accept more illegal immigrants? YES - NO
Do you agree that Malta should keep her harbours closed during periods of serious health threats? YES - NO