| Contact Us |
| Search
| Download the Document | |
| Published on | 09 March 1983 |
L-għan ta' dan l-Abbozz huwa li jkun iktar faċli għaċ-ċittadini kollha li jakkwistaw art li fuqha jkunu jistgħu jibnu r-residenza tagħhom bi prezz li dik l-art kienet iġġib qabel ma tkun ġiet dikjarata li tista' tingħata għall-iżvilupp. L-Abbozz ineħħi l-proċeduri twal meħtieġa b'liġijiet oħra sabiex art tiġi akkwistata mill-Gvern u wara trasferita. Għal dan l-għan l-Abbozz jipprovdi li mill-Kamra jiġu approvati dikjarazzjonijiet li jiddikjaraw Arei ta' żvilupp għall-Bini fejn ikun jista' jiġi żviluppat il-bini, għall-akkwist ta' dik l-art mill-Gvern u għat-tqassim ta' dik l-art mill-Gvern skond policy approvata mill-Kamra.
L-Abbozz fil-waqt li jiżgura li jkomplu l-impiegi fl-industrja tal-bini, jipprovdi sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni ta' l-art li tagħmilha impossibbli għaċ-ċittadin li jakkwista art.