Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. VI of 2024 - Various Laws relating to Proceeds of Crime (Amendment) Act

Fourteenth Legislature (2022 - 2026 )


  Download the Document
Published on 09 February 2024

Bill No. 76 - Various Laws relating to Proceeds of Crime (Amendment) Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex tinżamm il-legalità u l-effettività tal-iffriżar tal-proprjeta ta’ persuni imputati jew akkużati b’reati li jkunu reati rilevanti għall-fini tal-Att dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità (Kap. 621) matul iż-żmien meta l-proċeduri kriminali jkunu għadhom pendenti. Dan qiegħed jiġi propost fil-kuntest tal-protezzjoni tas-soċjeta mir-reati ekonomiċi. Għaldaqstant, l-Abbozz jipprovdi biex il-Qrati jkunu awtorizzati li jassiguraw il-proporzjonalità ta’ tali ordnijiet skont il-kriterji stabbiliti fis-sentenzi tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-Abbozz jipproponi wkoll emendi fir-rigward tal-ordnijiet ta’ sekwestru li jinħarġu fl-istadju tal-investigazzjoni, ikompli jipprovdi dwar il-konfiska bbażata fuq nuqqas ta’ kundanna u dan sabiex jipprovdi, fost affarijiet oħra, sabiex is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja jkunu ukoll koperti speċifikament u jipprovdi wkoll għal iżjed poteri għall-Uffiċċju dwar l-Irkupru tal-Assi. L-Abbozz jipprovdi ukoll sabiex ikun hemm uniformità, fejn ikun possibbli, fil-proċeduri għas-sekwestru, l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità kif japplikaw skont liġijiet varji.

Motion No. 189 - Proceeds of Crime (Various Laws) (Amendment) Bill