Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. XXVIII of 1990 - Employment and Training Services Act

Sixth Legislature (1987 - 1992)


  Download the Document
Published on 03 August 1990

Bill No. 135 - Employment & Training Services Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-Abbozz, b'mod ġenerali, jaħseb għat-twaqqif u tmexxija ta' servizzi ta' impieg u  taħriġ għall-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom sew fil-qasam industrijali kif ukoll f'dak terzjarju.

 

B'mod partikolari, l-Abbozz jipprovdi ghat-twaqqif ta' struttura indipendenti li tkun magħrufa bħala l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol; għall-ħolqien ta' Korporazzjoni ta' Xogħo1 u Taħrig li, minn naħa 'l waħda, taqdi l-funzjoni tas-servizz ta' l-Impieg minn fondi pubbliċi li l-Kostituzzjoni trid li jkun hemm u, minn naħa l-oħra, li tassigura servizzi ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid, ta' apprendistat u ta' traineeship meħtieġa f'diversi oqsma biex il-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom jiġu mgħejjuna jiksbu, jiżviluppaw, itejjbu jew jaggornaw il-ħiliet u l-kompetenza fix-xogħol kif ukoll li tagħti għajnuna lil min ikun ifittex ix-xogħol.


L-Abbozz jaħseb ukoll biex jirregola aġenziji ta' l-impieg; it-tagħrif, statistika u dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mas-suq tax-xogħol; id-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji dwar il-Korporazzjoni; il-poter ta' għemil ta' regolamenti u r-reati u pieni dwar nuqqas ta' osservanza tal-provvedimenti relattivi ta' dan l-Abbozz.

Motion No. 222 - Employment & Training Services Bill