Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. XXX of 1990 - Statute Law Revision (Amendment) Act

Sixth Legislature (1987 - 1992)


  Download the Document
Published on 19 October 1990

Bill No. 148 - Statute Law Revision (Amendment) Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan ewlieni ta' l-Abbozz huwa sabiex jawtorizza lill-Kummissjoni taġġorna edizzjoni riveduta billi żżid magħha leġislazzjoni mgħoddija wara d-data ta' dik l-edizzjoni u billi tlppubblika wkoll edizzjoni ġdida f'għamla mhux illegata u żżomm dik l-edizzjoni aġġornata.

L-Abbozz jagħti wkoll setgħa lill-Kummissjoni li tikkorreġi żballji jew omissjonijiet li jinsabu f'edizzjoni riveduta; u tagħti setgħa lill-Ministru, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jiżgura ruħu li leġislazzjoni li tkun temenda liġijiet li jinsabu f'edizzjoni
riveduta li tkun għadha ma ġietx fis-seħħ, tista' tinqara b'mod xieraq bħala ħaġa waħda ma' l-edizzjoni riveduta meta l-edizzjoni tidħol fis-seħħ; bħal per eżempju, meta kien hemm enumerazzjoni ġdida fil-liġi prinċipali li tkun tinsab f'edizzjoni riveduta iżda billi tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ, il-liġi li temenda tkun tirreferi għaliha billi tuża l-enumerazzjoni qadima.

Motion No. 246 - Statute Law Revision (Amendment) Bill