| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 19 Ottubru 1990 |
L-għan ewlieni ta' l-Abbozz huwa sabiex jawtorizza lill-Kummissjoni taġġorna edizzjoni riveduta billi żżid magħha leġislazzjoni mgħoddija wara d-data ta' dik l-edizzjoni u billi tlppubblika wkoll edizzjoni ġdida f'għamla mhux illegata u żżomm dik l-edizzjoni aġġornata.
L-Abbozz jagħti wkoll setgħa lill-Kummissjoni li tikkorreġi żballji jew omissjonijiet li jinsabu f'edizzjoni riveduta; u tagħti setgħa lill-Ministru, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jiżgura ruħu li leġislazzjoni li tkun temenda liġijiet li jinsabu f'edizzjoni
riveduta li tkun għadha ma ġietx fis-seħħ, tista' tinqara b'mod xieraq bħala ħaġa waħda ma' l-edizzjoni riveduta meta l-edizzjoni tidħol fis-seħħ; bħal per eżempju, meta kien hemm enumerazzjoni ġdida fil-liġi prinċipali li tkun tinsab f'edizzjoni riveduta iżda billi tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ, il-liġi li temenda tkun tirreferi għaliha billi tuża l-enumerazzjoni qadima.