Skip to main content
Parlament ta' Malta
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Kommemorazzjoni tas-Sette Giugno mill-Kamra tad-Deputati

Kull sena l-Parlament ta’ Malta jfakkar il-ġrajjiet li seħħew fis-7 ta’ Ġunju 1919 wara serje ta’ rvellijiet mill-Maltin li kienu qed jaffaċċjaw faqar estrem ikkawżat minn żieda kbira fil-prezz tal-ħobż. Il-folol irribellaw kontra l-importaturi tal-qamħ u dawk li kellhom l-imtieħen tad-dqid, li kienu meqjusa li qegħdin jagħmlu profitti kbar miż-żieda fil-prezz tal-ikel filwaqt li n-nies kienu qegħdin imutu bil-ġuħ. Suldati Ingliżi ġew imsejħa sabiex jikkontrollaw dawk li kien qegħdin jirribellaw, u dan wassal li jiġu sparati xi tiri. Erba’ persuni Maltin, Manwel Attard, Karmnu Abela, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer tilfu ħajjithom f’dawn l-irvellijiet.

Dawn il-ġrajjiet kienu punt kruċjali fl-istorja politika ta’ Malta u xehdu l-bżonn urġenti li kien hemm għal riformi soċjali u ekonomiċi. Wara dawn il-ġrajjiet u l-isforzi tal-awtoritajiet Maltin, Malta ġiet mogħtija l-Kostituzzjoni Amery-Milner tal-1921, li permezz tagħha Malta kisbet, għall-ewwel darba, id-dritt tas-self-government f’materji domestiċi.

Permezz tal-Att VIII tal-1989, li emenda l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u l-Festi Pubbliċi, is-Sette Giugno saret waħda mill-ħames festi nazzjonali. Tradizzjonalment, dan il-jum jiġi mfakkar mill-Parlament permezz ta’ diskors mill-Ispeaker u t-tqegħid ta’ kuruni quddiem il-monument tas-Sette Giugno. Il-monument lill-vittmi tal-irvellijiet tneħħa mis-sit oriġinali tiegħu quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru fl-2009 minħabba xogħlijiet ta’ pavimentar li kellu jsir fi Pjazza San Ġorġ, u tqiegħed fil-Ġonna ta’ Hastings sal-2016, meta reġa’ tmexxa għas-sit oriġinali tiegħu fi Pjazza San Ġorġ.

Hawn tista’ taqra d-diskorsi mill-Ispeaker tal-Kamra tul is-snin f’din l-okkażjoni.

Data Attività
07 Ġunju 1992
07 Ġunju 1993
07 Ġunju 1994
07 Ġunju 1995
07 Ġunju 1996
07 Ġunju 1997 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Myriam Spiteri Debono fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-1997
07 Ġunju 1998 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Myriam Spiteri Debono fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-1998
07 Ġunju 1999 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-1999
07 Ġunju 2000 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2000
07 Ġunju 2001 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2001
07 Ġunju 2002 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2002
07 Ġunju 2003 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2003
07 Ġunju 2004 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2004
07 Ġunju 2005 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2005
07 Ġunju 2006 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2006
07 Ġunju 2007 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anton Tabone fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2007
07 Ġunju 2008 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Louis Galea fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2008
05 Ġunju 2009 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Louis Galea fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2009
07 Ġunju 2010 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Michael Frendo fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2010
07 Ġunju 2011 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Michael Frendo fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2011 (MT)  (EN)
06 Ġunju 2012 Diskors mill-Ispeaker l-Onor.Michael Frendo fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2012 (MT)  (EN)
06 Ġunju 2013 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2013 (MT)  (EN)
06 Ġunju 2014 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2014 (MT)  (EN)
05 Ġunju 2015 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2015 (MT)  (EN)
06 Ġunju 2016 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anglu Farrugia fl-okkazjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2016 (MT)  (EN)
06 Ġunju 2017 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2017 (MT)  (EN)
06 Ġunju 2018 Diskors mill-Ispeaker l-Onor. Anglu Farrugia fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno tal-2018 (MT)  (EN)