Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 45
Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali Lura għal-Lista

Il-Ħdax-il Leġiżlatura (2008 - 2013)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz huma illi jemenda l-Kodiċi Kriminali fir-rigward ta’ proċeduri mibdija bil-kwerela tal-parti offiża, meta l-kwerelant huwa l-Kap ta’ Dipartiment tal-Gvern u biex jintroduċi kontravvenzjoni ġdida għall-ordni pubblika; biex jintroduċi emendi fil-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija fir-rigward ta’ prevenzjoni ta’ inkonvenjent lill-ġirien minħabba inbiegħ tal-klieb, u biex jintroduċi Taqsima Ġdida bit-titolu ‘Fuq il-Klassifikazzjoni tal-materjal awdjo-viżiv li jintwera fid-Djar Privati’; u biex jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni tan-nifs, demm u fluwidi tal-ġisem; biex jemenda Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni u speëifikament biex jintroduċi subartikolu ġdid rigward l-ammissibilità bħala prova ta’ dikjarazzjoni ġuramentata ta’ assiguratur awtorizzat jew rappreżentant tiegħu u biex jemenda l-Att Dwar l-Armi fir-rigward tal-iskwalifika tal-liċenza wara li jsir reat taħt is-subartikolu (2) tal-artikolu 24 u l-bejgħ ta’ ġugarelli forma ta’
armi.

Mozzjoni Nru 123 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali

Att Nru VII tal-2010 - Att li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek