Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 71
Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet li għandhom x’jaqsmu mar-Reġistru Pubbliku u l-Arkivji Nutarili Lura għal-Lista

Il-Ħdax-il Leġiżlatura (2008 - 2013)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jiffaċilita l-funzjonijiet tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f’kull proċedura legali u jagħtuh is-setgħa biex jaħtar persuna delegata minnu, sabiex
jiffaċilita l-proċedura biex jittieħdu volumi mill-Arkivji Nutarili għal skop kulturali, xjentifiku jew forensiku, u biex jiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa li għandhom x’jaqsmu ma’ konservazzjoni u sigurtà, u sabiex titneħħa r-restrizzjoni fir-rigward tal-proviso fis-subartikolu (8) tal-artikolu 4 tal-Att dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) u l-membri tal-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Nutarili jkunu jistgħu jispezzjonaw l-Atti Nutarili li jkunu ġew depożitati fl-Arkivji Nutarili f’post ieħor barra mill-istess Arkivji.

Mozzjoni Nru 186 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet li jirrigwardaw l-Atti. l-Arkivji u l-Professjoni Nutarili

Att Nru I tal-2011 - Att li Jemenda Diversi Liġijiet li għandhom x’jaqsmu mar-Reġistru Pubbliku u l-Arkivji Nutarili

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek