Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 79
Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji Lura għal-Lista

Il-Ħdax-il Leġiżlatura (2008 - 2013)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan ta’ dan l-Abbozz hu biex jimplimenta, f’parti minnu, ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu,
prosegwiment u sorveljanza prudenzjali tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u tħassar id-Direttiva 2000/46/KE; f’parti minnu, biex jimplimenta ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet
amministrattivi li gћandhom x’jaqsmu ma’ impriżi gћal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (kif magћmula mill-ġdid); u biex jagħmel emendi fl-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Att dwar Trusts u Trustees, l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Att dwar il-Kumpanniji, l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni, l-Att dwar il-Prevenzjoni ta’ Abbuż fis-Swieq Finanzjarji, l-Att dwar is-Securitisation, u l-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni.

Mozzjoni Nru 217 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi Finanzjarji

Att Nru X tal-2011 - Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek