Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru IV tal-2013 - Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 14 Ġunju 2013

Abbozz Nru 4 - Abbozz ta' Liġi li Jemenda il-Kodiċi Kriminali

Għanijiet u Raġunijiet

L-Għanijiet u Raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma sabiex jitneħħa l-perjodu ta' preskrizzjoni dwar ir-reat ta' korruzzjoni li jsir minn persuni eletti għal kariga politika, u sabiex ikomplu jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Kriminali fuq il-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa. L-abbozz jinkludi wkoll emenda konsegwenzjali għall-Kodiċi Ċivili li teskludi l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni f'kawżi għall-irkupru ta' danni sofferti mill-Gvern, minn Kunsilli Lokali jew minn entitajiet pubbliċi oħra b'riżultat ta' att ta' korruzzjoni ta' detentur elett ta' kariga politika.

Mozzjoni Nru 14 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi Kriminali