Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru IX tal-2014 - Att dwar l-Unjonijiet Ċivili

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 17 April 2014

Abbozz Nru 20 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma l-introduzzjoni tad-dritt lill-persuni, kemm jekk tal-istess sess jew ta' sess oppost, li jidħlu f'unjoni ċivili. Il-prinċipju sottastanti ta' dan l-Att hu li jekwipara l-unjonijiet ċivili u ż-żwieġ mil-lat ta' proċedura u sustanza b'mod li jiggarantixxi drittijiet ugwali lil imsieħba f'unjoni ċivili hekk kif inhi garantita lill-konjuġi fiż-żwieġ.

 

L-aproċċ tal-ugwaljanza għandu jiggarantixxi t-tgawdija ta' drittijiet u obbligi ugwali f'kull qasam tal-liġi u l-ħajja soċjali.

Mozzjoni Nru 67 - Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att dwar l-Unjonijiet Ċivili