Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru VII tal-2013 - Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 12 Lulju 2013

Abbozz Nru 5 - Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Kodiċi Ċivili

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz jikkonsistu fit-tneħħija tal-ixkiel legali sabiex persuni li jkunu għaddew minn bidla, rikonoxxuta mil-liġi, fis-sess li fih ikunu twieldu jiġu kunsidrati għall-finijiet u l-effetti kollha tal-istat ċivili, inkluża l-kapaċità li jidħlu fi żwieġ, bħala persuni tas-sess akkwistat minnhom u sabiex dawk il-persuni jkunu jistgħu jakkwistaw kopji taċ-ċertifikat sħiħ tat-twelid tagħhom li jkun juri l-appartenenza għas-sess akkwistat, u dan fil-każ tal-aħħar salv ċerti indikazzjonijiet li jsiru fuq dak iċ-ċertifikat għall-protezzjoni ta' ħaddieħor.

Mozzjoni Nru 15 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi Ċivili