Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XVII tal-2016 - Abbozz dwar ir-Rikonoxximent tal-Lingwa Maltija tas-Sinjali

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 24 Marzu 2016

Abbozz Nru 88 - Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikonoxximent tal-Lingwa Maltija tas-Sinjali

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma għat-twaqqif, kompożizzjoni u funzjonijiet tal-Kunsill għal-Lingwa tas-Sinjali ta’ Malta, li qed jitwaqqaf sabiex tintlaħaq sitwazzjoni fejn il-komunità ta’ persuni neqsin mis-smigħ tiġi konsultata f’materji li jirrigwardaw il-Lingwa Maltija tas-Sinjali; l-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi wkoll għall-promozzjoni tal-użu u l-iżvilupp tal-Lingwa Maltija tas-Sinjali, waqt li jiddikjara li l-Lingwa Maltija tas-Sinjali għandha titqies bħala lingwa uffiċjali ta’ Malta, u għal ħwejjeġ oħra anċillari jew konsegwenzjali għal dan.

Mozzjoni Nru 217 - Abbozz ta' Liġi dwar Rikonoxximent tal-Lingwa Maltija tas-Sinjali