Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
---|---|---|---|---|---|
Seduta Nru 053
-
16 Lul 2013
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 099
-
03 Diċ 2013
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 013
-
11 Diċ 2013
Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet |
⦿ | ||||
Seduta Nru 103
-
16 Diċ 2013
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għan ta’ dan l-Abbozz huwa biex jipprovdi dwar Att ġdid, l-Att
dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpanniji, li jimplimenta l-Artikolu
36 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-29 ta’ Ottubru 2005 fuq il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema
finanzjarja għall-fini ta’ money laundering u l-iffinanzjar tat-terroriżmu,
fil-qies li dak l-artikolu japplika għal provdituri ta’
servizz lil kumpanniji. Dak l-Att jistabbilixxi reġim għal
reġistrazzjoni mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta minn
persuna li tkun residenti jew li tkun qegħda topera f’Malta jew minn
Malta u li taġixxi bħala provditur ta’ servizz lil kumpanniji, filkummerċ.
L-Abbozz għandu l-għan ukoll li jittrasponi d-dispożizzjonijiet
tad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24
ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE,
2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE,
2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE dwar is-setgħat
li għandha l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea dwar
il-Banek), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea dwar
Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni u tax-Xogħol) u l-Awtorità
Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea dwar Titoli u Swieq.
Iktar minn hekk, dan l-Abbozz iservi wkoll l-għan li jittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Managers ta’ Fondi ta’
Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/
65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010.
Direttiva oħra li dan l-Abbozz għandu l-għan li jimplimenta hija lArtikolu
3 tad-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u talKunsill
tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE,
2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE dwar is-superviżjoni
supplimentari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju.
Direttiva oħra li dan l-Abbozz qiegħed jimplimenta hija d-Direttiva
2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’
Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/
48/KE u 2009/138/KE dwar is-superviżjoni supplimentari ta’
entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju.
L-Abbozz jemenda wkoll l-Att dwar il-Kumpanniji, primarjament sabiex ikompli jirregola l-uffiċċju tar-Riċevitur Uffiċjali.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}