L-Unjoni Inter-Parlamentari (IPU) hija organizzazzjoni internazzjonali li ġiet imwaqqfa fl-1889 bħala forum li jiffaċilita n-negozjati multilaterali politiċi. Għal dan il-għan, din l-organizzazzjoni:
- trawwem il-kuntatti, il-kordinazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenzi bejn parlamenti u Membri Parlamentari tal-pajjiżi kollha;
- tikkunsidra kwistjonijiet ta’ interess u ta’ tħassib internazzjonali u tesprimi l-fehmiet tagħha dwar tali kwistjonijiet sabiex tittieħed azzjoni mill-parlamenti u l-Membri Parlamentari;
- tikkontribwixxi għad difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem – fattur essenzjali tad-demokrazija u l-iżvilupp parlamentari; u
- tikkontribwixxi għal għarfien aħjar fil-ħidma tal-istituzzjonijiet rappreżentattivi u għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-mezzi ta’ azzjoni tagħhom.
Parlament Malti, flimkien mal-parlamenti ta’ 165 pajjiż ieħor, huwa membru tal-IPU. L-IPU tappoġġja l-isforzi ta’ u taħdem f’koperazzjoni stretta man-Nazzjonijiet Uniti u għandha status ta’ Osservatur Permanenti fin-Nazzjonijiet Uniti. Waħda mill-organi tal-IPU hija l-Assemblea Parlamentari li hija magħmula minn deputati nominati bħala delegati mill-parlamenti tal-pajjiżi membri tal-Unjoni. L-Assemblea tiltaqa’ darbtejn fis-sena u hija assistita minn numru ta’ kumitati permanenti li ġeneralment jippreparaw rapporti u abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet. F’Ottubru tal-2011, l-adottat l-Istrateġija għall-2012 2017 – Parlamenti aħjar, demokrazija aktar b’saħħitha.