Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 167
Abbozz ta’ Liġi dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru Lura għal-Lista

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan prinċipali ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huwa dak illi jafferma illi l-persuni kollha għandhom orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u espressjoni tal-ġeneru, u li l-ebda kombinazzjoni ta'
dawn it-tlett karatteristiċi ma jikkostitwixxi diżordni, defiċjenza, diżabilità, marda u, jew nuqqas. Dan l-Abbozz ta’ Liġi jipprojbixxi prattiċi ta’ konverżjoni magħmula kemm minn professjonisti u kif ukoll minn persuni ordinarji kontra l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u, jew espressjoni tal-ġeneru, b’mod speċjali fuq persuni vulnerabbli. Dan l-Abbozz ta’ Liġi jipprojbixxi wkoll il-patoloġizzazzjoni ta’ kwalunkwe orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u, jew espressjoni tal-ġeneru.

Mozzjoni Nru 291 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru

Att Nru LV tal-2016 - Att dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek