Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
---|---|---|---|---|---|
Seduta Nru 424
-
10 Ott 2016
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 497
-
21 Mar 2017
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 500
-
28 Mar 2017
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 503
-
05 Apr 2017
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ liġi huma sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet dwar il-malafama, it-tneħħija ta’ libell kriminali fil-liġijiet dwar il-midja, l-introduzzjoni ta’ liġi ta’ tort ċivili ġdid ta’ inġurja, u r-regolamentazzjoni ta’ aħbarijiet fuq siti elettroniċi u servizzi ta’ ġrajjiet kurrenti.
L-Abbozz ta’ Liġi jinkludi diversi dispożizzjonijiet li jsaħħu l-libertà tal-midja billi jevita restrizzjonijiet sproporzjonati fuq il-ġurnalisti f’kawżi ta’ libell filwaqt li jipproteġi lill-vittmi ta’ libell u inġurja permezz ta’ żieda fl-ammonti ta’ danni morali li jistgħu jingħataw.
Iħeġġeġ ukoll żieda fl-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni ta’ konflitt bħad-dritt ta’ risposta, kjarifikazzjonijiet volontarji, medjazzjoni u mezzi oħra prattiċi li jevitaw litigazzjoni ta’ libell jew
ta’ titwil tagħha.
L-Abbozz ta’ Liġi jinkludi wkoll emendi konsegwenzjali fil-Kodiċi Kriminali sabiex iżomm uħud mir-reati kriminali previsti fl-Att dwar l-Istampa, u fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili sabiex jipprojbixxi l-ħruġ ta’ mandati kawtelatorji kontra ġurnalisti.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}