Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Sessjoni Plenarja

Seduta Nru: 001 - Is-Sibt, 06-Apr-2013 10:45 AM

Aġenda

MOZZJONIJIET

Mozzjoni Nru 1 - Elezzjoni tal-President tal-Kamra
Mozzjoni Nru 2 - Elezzjoni ta' Deputy Speaker
Mozzjoni Nru 4 - Mozzjoni ta' Proċedura - Mistoqsijiet Parlamentari
Mozzjoni Nru 5 - Mozzjoni ta' Proċedura - Assenza tal-Ispeaker u tal-President tal-Kumitati
Mozzjoni Nru 6 - Mozzjoni ta' Proċedura - Ordni Permanenti 171
Mozzjoni Nru 7 - Mozzjoni ta' Proċedura - Ordni Permanenti 173
Mozzjoni Nru 8 - Mozzjoni ta' Proċedura - Ordnijiet Permanenti 25 u 107
Mozzjoni Nru 9 - Estimi Ġenerali 2013 - Mozzjoni ta' Proċedura - Skeda tas-Seduti

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA

FTUĦ STATALI TAT-TNAX-IL PARLAMENT

PARLAMENT IMSEJJAĦ BI PROKLAMA NRU. V TAL-2013

10.45am - L-Onorevoli Membri jiltaqgħu fil-Kamra tad-Deputati.

1. Talba.

2. L-Iskrivan tal-Kamra jaqra l-Proklama li tlaqqa’ l-Parlament.

3. L-Iskrivan tal-Kamra jaqra r-riżultati tal-Elezzjoni Ġenerali u tal-Elezzjonijiet Każwali.

4. Elezzjoni ta’ Speaker. L-iSpeaker jieħu l-ġurament.

5. Elezzjoni ta’ Deputy Speaker.

6. L-Onorevoli Membri jieħdu l-Ġurament jew jagħmlu d-Dikjarazzjoni ta’ Lealtà.

7. Jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra r-Riżultati tal-Elezzjoni Ġenerali u l-Elezzjonijiet Każwali, Proklama Nru I u Proklama Nru. V ta’ l-2013.

8. Ministru jgħarraf lill-Kamra li l-President ta’ Malta se jiddikjara fil-Kamra tad-Deputati r-raġunijiet li għalihom laqqa’ l-Kamra.  

Is-seduta tiġi sospiża.

L-iSpeaker u l-Iskrivan tal-Kamra jmorru fl-Uffiċċju tal-President ta’ Malta.

Il-President u l-iSpeaker jidħlu fil-Kamra tad-Deputati u s-seduta tirriżumi.

Il-President jiddikjara lill-Kamra r-raġunijiet li għalihom tkun issejħet.

Il-President iħalli l-Kamra tad-Deputati.

9. Jingħata avviż ta’ mozzjoni għall-Indirizz tal-President bi tweġiba għad-diskors tiegħu.

10. Aġġornament tal-Kamra.

 

Dokumenti

Awdjo/Vidjo

Audio:

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek