Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR1633 - L-ISPEAKER JILTAQA’ MAĊ-CHAIRMAN TAL-GRUPP INTERPARLAMENTARI TA’ ĦBIBERIJA BEJN IL-PARLAMENT TA’ MALTA U L-HOUSE OF COMMONS

Data 30.07.2013

Dalgħodu, l-Ispeaker tal-Parlament ta’ Malta l-Onorevoli Anġlu Farrugia kellu żjara ta’ kortesija miċ-Chairman tal-Grupp InterParlamentari ta’ Ħbiberija bejn il-Parlament ta’ Malta u l-House of Commons, l-Onorevoli Mark Pritchard, li kien akkumpanjat minn Membru Parlamentari Ingliż ieħor imsieħeb f’dan il-Grupp, l-Onorevoli Brian Binley. Matul il-laqgħa qasira ta’ bejniethom, ġie diskuss, fost ħwejjeġ oħra, l-alternattivi li għandhom ikunu kkunsidrati sabiex il-problema tal-immigrazzjoni irregolari tingħata aktar attenzjoni mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Kien hemm qbil f’dan ir-rigward li l-parlamenti nazzjonali għandhom iżommu din it-tema fil-quċċata tal-aġenda tagħhom għaliex din hija problema li mhix ta’ pajjiż wieħed iżda tal-Unjoni kollha u għalhekk għandha tiġi indirizzata kollettivament fl-interess tal-pajjiżi nfushom


thumbnail

(I)  (II)