| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 26.08.2013
Dalgħodu l-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, irċieva żjara ta’ kortesija minn Fr. Anthony Zammit, missjunarju Malti f’Santa Roża, il-Peru.
Matul il-laqgħa ġew diskussi proġetti li Fr. Anthony Zammit qed jaħdem fuqhom ġewwa Santa Roża fil-Peru, fosthom High School u Respite Centre għal nies bi bżonnijiet speċjali.
L-Ispeaker irikonoxxa x-xogħol tal-missjunarji Maltin li jinsabu barra min xtutna u rringrazzja lil Fr. Zammit tax-xogħol nobbli li qed iwettaq u wiegħed kull għajnuna li l-Parlament Malti jista’ jagħti għal dan ix-xogħol missjunarju.
