| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 29.08.2013
L-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, qed imexxi delegazzjoni parlamentari maltija li ser tkun qed tipparteċipa fid-59 sessjoni tal-Commonwealth Parliamentary Association li qed tinżamm f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel. L-Ispeaker ser ikun wieħed mill-kelliema ewlenin ta’ din il-konferenza.
L-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, qed ikun akkumpanjat miż-żewġ whips, l-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius.