Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR171178 - L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti jindirizza seduta parlamentari straordinarja għall-istudenti ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary School

Data 05.05.2017

Fid-diskors tiegħu lill-istudenti ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary School, tan-Naxxar, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li kull wieħed jista’ jagħti l-kontribut fit-titjib tas-soċjetà billi jaqsam l-opinjoni tiegħu jew tagħha ma’ ħaddieħor.  Dan jista’ jsir fi grupp fejn l-opinjonijiet u l-ideat ikunu milqugħa, diskussi aktar u kkunsidrati fid-dettal.

 

L-Ispeaker iqis li l-libertà tal-espressjoni u l-assocċjazzjoni huma, fost oħrajn, drittijiet u libertajiet fundamentali sabiex kull bniedem jgħix f’dinjità.  Hu jisħaq dwar l-importanza li l-parteċipazzjoni politika trid issir f’qafas ta’ demokrazija, u li kull diskussjoni  tkun imsejsa fuq fatti li għandhom jgħinuna nagħrfu l-preżent sabiex nibnu l-ġejjieni tagħna u ta’ pajjiżna.

 

B’riferenza għall-aġenda tas-seduta straordinarja, l-Ispeaker tenna l-fehma tiegħu sabiex ilkoll kemm aħna nagħtu l-kontribut tagħna sabiex is-soċjetà tagħna tkun waħda inklużiva, li nħarsu l-ambjent naturali u marittimu, u li nħarsu wkoll il-wirt storiku u kulturali ta’ Malta.


thumbnail

(I)  (II)  (III)  (IV)  (V) 

Stqarrija għall-Istampa