Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru IV tal-2022 - Att li jemenda l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini u l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 04 Frar 2022

Abbozz Nru 245 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini u l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jipprovdu għall-possibbiltà li tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u l-ispiża fil-kisba ta’ valutazzjonijiet jew opinjonijiet tekniċi f'każijiet quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’ fejn tali valutazzjonijiet jew opinjonijiet tekniċi diġà ġew ikkonfermati minn sentenza finali ta’ qorti jew fejn il-partijiet kollha f’każ jaqblu.

Mozzjoni Nru 589 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini u tal-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba