Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru VIII tal-2018 - Att li jemenda l-Kodiċi Ċivili

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 03 April 2018

Abbozz Nru 25 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-abbozz ta’ liġi huma sabiex jigi emendat il-Kodiċi Ċivili fil-parti li tittratta s-subinkwilinat ta’ fondi kummercjali sabiex jiġi pprovdut mezz kif persuni li llum qeghdin imexxu n-negozju tagħhom minn post fejn it-titolu ta’ subinkwilinat tagħhom ikun se jintemm b’forza ta’ liġi fil-31 ta’ Mejju 2018 jkunu jistgħu jitolbu lill-Bord li Jirregola l-Kera illi jippermettilhom jkomplu jmexxu n-negozju tagħhom mill-istess post taħt kondizzjonijiet riveduti li jirriflettu kemm jista’ jkun il-kondizzjonijiet tas-suq u li b’hekk jiġu evitati konsegwenzi ħorox għal dawn is-subinkwilini.

Mozzjoni Nru 88 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili