Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXXVI tal-2018 - Att li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 06 Novembru 2018

Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan ta’ dan l-Abbozz huwa li jindirizza d-diffikultajiet prattiċi li qamu fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, tat-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili u
leġislazzjoni anċillari, fid-dawl tal-prattika mid-dħul tagħhom fis-seħħ fl-2007. L-abbozz jilħaq għadd ta’ miri sussidjarji li jirriflettu żviluppi ġodda fil-qasam, inklużi żviluppi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, proposti ġodda dwar organizzazzjonijiet reliġjużi u politiċi, punt fokali ġdid fuq il-klassifikazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u kjarifiki dwar it-terminoloġija użata. Dawn l-emendi jirriflettu ukoll l-prinċipji adottati f’liġijiet aktar reċenti u sentenzi tal-Qrati.

Mozzjoni Nru 151 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji