Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 3
Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - )

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan ta’ dan l-Abbozz huwa biex jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji u l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, biexjittrasponi u jimplimenta d-dispożizzjonijiet rilevanti (i) Direttiva2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq fistrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE ("MiFID II), (ii) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq fi strumentifinanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) 648/2012 ("MiFIR"), u(iii) ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-UnjoniEwropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 ("dwarCSDR"); kif ukoll biex jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji biexjittrasponi u jimplimenta d-dispożizzjonijiet rilevanti tas-CSDR. L-għan ta’ dan l-Abbozz huwa wkoll biex jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta fil-kuntest ta’ (i)Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilltat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarjifi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u (ii) Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 Novembru 2015dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid.

Mozzjoni Nru 11 - Abbozz biex jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji

Att Nru XXXI tal-2017 - Att li Jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek