Skip to main content
Parlament ta' Malta
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Abbozz Nru. 17
Abbozz ta' Liġi dwar il-Midja u l-Malafama Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - )

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ liġi huma sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet dwar il-malafama, it-tneħħija tal-libell kriminali, l-introduzzjoni rimedju ċivili ġdid għall-inġurja.

L-Abbozz ta’ Liġi jinkludi diversi dispożizzjonijiet li jsaħħu l-libertà tal-midja billi jevita restrizzjonijiet sproporzjonati fuq il-ġurnalisti f’kawżi ta’ libell filwaqt li jipproteġi lill-vittmi ta’ libell u inġurja.

Iħeġġeġ ukoll żieda fl-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni ta’ konflitt bħad-dritt ta’ risposta, kjarifikazzjonijiet volontarji, medjazzjoni u mezzi oħra prattiċi li jevitaw litigazzjoni ta’ libell jew id-dewmien tagħha.


L-Abbozz ta’ Liġi jinkludi wkoll emendi konsegwenzjali fil-Kodiċi Kriminali sabiex iżomm uħud mir-reati kriminali li kien provdut dwarhom fl-Att dwar l-Istampa. Hemm ukoll emenda fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili sabiex jiġi projbit il-ħruġ ta’ mandati kawtelatorji kontra f’każijiet ta’ malafama.


L-Abbozz jabolixxi r-reat kriminali tal-malafama li meta l-Abbozz isir liġi għandu jkun biss delitt ċivili.

Mozzjoni Nru. 44 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Midja u l-Malafama

Att Nru. XI ta' 2018 - Att dwar il-Midja u l-Malafama

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek